02:45
ros-ann
417
Mt 13:24-43 -- The Parable of weeds among the wheat - Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien. IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME --- or the short form - Mt 13:24-30 Evanġelju Erħulhom …Aktar
Mt 13:24-43 -- The Parable of weeds among the wheat - Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien.

IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME --- or the short form - Mt 13:24-30

Evanġelju
Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien.
Mt 13, 24-43

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:13:24] Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara' żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. [Mt:13:25] Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara' s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. [Mt:13:26] Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. [Mt:13:27] Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, 'Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?' [Mt:13:28] Iżda hu qalilhom, 'Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.' 'Tridx immorru niġbruha?' qalulu l-qaddejja. [Mt:13:29] 'Le,' qalilhom, 'għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. [Mt:13:30] Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: 'Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, mbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.' "

[Mt:13:31] Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. [Mt:13:32] Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar ta' l-ajru jiġu jbejjtu fil-friegħi tagħha."

[Mt:13:33] Qalilhom parabbola oħra: "Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma' tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha."

[Mt:13:34] Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom, [Mt:13:35] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:
'Niftaħ fommi bil-parabboli,
nitkellem fuq ħwejjeġ
moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.'

[Mt:13:36] Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: "Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa." [Mt:13:37] U weġibhom: "Dak li jiżra' ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. [Mt:13:38] L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, [Mt:13:39] u l-għadu li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli. [Mt:13:40] Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja. [Mt:13:41] Bin il-bniedem jibgħat l-anġli tiegħu, u huma jiġbru barra mis-Saltna tiegħu kull ma jġib it-tfixkil u kull min jagħmel il-ħażen, [Mt:13:42] u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. [Mt:13:43] Mbagħad il-ġusti jsiru jiddu bħax-xemx fis-Saltna ta' Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jisma'! "

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.