01:19
ros-ann
676
Mt 12:38-42 -- The Sign of Jonah - Is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel. MONDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum u teħodha …Aktar
Mt 12:38-42 -- The Sign of Jonah - Is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel.

MONDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME ---
Evanġelju
Is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel.
Mt 12, 38-42

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:12:38] xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: "Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!", [Mt:12:39] Iżda hu weġibhom: "Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. [Mt:12:40] Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f'żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta' l-art.

[Mt:12:41] F'jum il-ħaqq, in-nies ta' Ninwè għad iqumu kontra dan in-nisel u jikkundannawh, għax huma nidmu wara l-predikazzjoni ta' Ġona; u araw hawn minn hu aqwa minn Ġona hawnhekk! [Mt:12:42] F'jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum u teħodha kontra dan in-nisel u tikkundannah, għax hi ġiet mit-truf ta' l-art biex tisma' l-għerf ta' Salamun; u araw hawn min hu aqwa minn Salamun hawnhekk!

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.